Barranin
Pete Buttigieg iniedi l-kampanja tiegħu fit-tellieqa tad-Demokratiċi

Is-sindku Amerikan Pete Buttigieg li huwa ta’ nisel Malti nieda l-kampanja tiegħu fit-tellieqa tad-Demokratiċi biex ikun il-kandidat tagħhom fl-elezzjoni Presidenzjali tas-sena d-dieħla.

Pete, li għandu 37 sena u studja f’Harvard u serva mal-militar Amerikan fl-Afganistan, nieda l-kampanja tiegħu fil-belt ta’ South Bend fl-Istat ta’ Indiana, fejn ilu sindku għal dawn l-aħħar seba’ snin.

Il-midja Amerikana, għalkemm qed isibha diffiċli biex tippronunzja kunjomu, qiegħda tagħtih ħafna pubbliċità minħabba l-kwalitajiet tiegħu fosthom li jitkellem b’seba’ lingwi u li huwa l-ewwel kandidat gay għall-Presidenza Amerikana.

“Right now our country needs a fresh start. I’m Pete Buttigieg, I’m the Mayor of South Bend Indiana.” B’din id-dikjarazzjoni Pete Buttigieg beda l-mixja twila bl-ambizzjoni li jasal sal-White House fl-elezzjoni ta’ President tal-Istati Uniti tal-2020.

Missieru huwa l-Professur Joseph Buttigieg li twieled il-Ħamrun fl-1947 u huwa gradwat mill-Università ta’ Malta. Huwa emigra lejn l-Istati Uniti fl-aħħar tas-sebgħinijiet u ftit wara żżewweġ lil Iskoċċiża Jennifer Montgomery.

Pete twieled fl-Istati Uniti u gradwa f’Harvard University u jitkellem seba’ lingwi, fosthom il-Malti. Fl-2012 ġie elett sindku tal-belt ta’ South Bend fl-istat ta’ Indiana.

Fil-preżenza tar-raġel tiegħu Chasten, Pete Buttigieg qed isejjes il-kampanja tiegħu fuq il-ħtieġa ta’ bidla ġenerazzjonali fl-Istati Uniti.

Jemmen li l-età tiegħu mhix ostaklu għall-ambizjoni tiegħu iżda jgħid li f’dal-mument hija opportunità għall-poplu Amerikan.

Il-kampanja ta’ Buttigieg hija bbażata fuq ideali liberali, li fi kliemu għandhom isawru l-futur tal-Istati Uniti.

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-appoġġ għall-kampanja ta’ Buttigieg issarfet f’għotjiet li laħqu ‘l fuq minn 7 miljun dollaru. Huwa qiegħed itellaq mat-18-il kandidat għan-nomina tad-demokratiċi, bl-għażla ssir f’sensiela ta’ elezzjonijiet primarji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar