Politika
Pete Buttigieg konfermat bħala membru fil-Kabinett ta’ Biden

Pete Buttigieg ilbieraħ ġie kkonfermat uffiċjalment mis-Senat Amerikan bħala membru fil-Kabinett tal-President tal-Istati Uniti Joe Biden. Hu se jkun qed jokkupa l-irwol ta’ Transportation Secretary, fejn se jkun inkarigat bil-portafoll tat-trasport u l-infrastruttura.

Buttigieg, li għad għandu 39 sena, ġie konfermat b’maġġoranza assoluta ta’ 86 vot favur, u 13-il vot kontra.

Il-Malti-Amerikan huwa eks-sindku ta’ South Bend Indiana, u s-sena li għaddiet kompla jżid il-popolarità tiegħu wara li kkontesta n-nominazzjoni Demokratika tal-Presidenza tal-Istati Uniti, elezzjoni li matulha kiseb riżultati inkoraġġanti.