COVID-19
Pfizer tagħmel €2.9 biljun qligħ mill-vaċċin

Fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena l-kumpanija Pfizer għamlet €2.9 biljun qligħ minn fuq il-vaċċin tal-Covid-19.

Dan kien ifisser kważi kwart tal-profitt kollu li għamlet matul l-istess tliet xhur.

Il-kumpanija Amerikana żviluppat il-vaċċin flimkien mal-laboratorju Ġermaniż BioNTech.

Il-Pfizer kienet fil-mira ta’ kritika wara li ddeċidiet li tipproduċi l-vaċċin u tagħmel qligħ minnu.

Kemm il-Johnson and Johnson kif ukoll l-Astra Zeneca ddeċidew li jbiegħu l-vaċċin anke jekk ma jagħmlux qligħ waqt li l-Moderna mhux tagħmel qligħ.