Barranin
Pfizer u BioNTech se jressqu t-tilqima tal-Covid għall-approvazzjoni

Il-kumpaniji Pfizer u BioNTech qalu li fi żmien ftit jiem oħra se jressqu t-tilqima tal-COVID li żviluppaw għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. Dan hekk kif l-aħħar testijiet li għamlu wrew li t-tilqima hija aktar effettiva milli kien maħsub qabel.

Minn effettività ta’ 90 fil-mija, il-kumpaniji qalu li t-tilqima issa hija 95 fil-mija effettiva biex tippreveni l-COVID, simili ħafna għal dak li qalet il-kumpanija Moderna li wkoll qed tiżviluppa tilqima tal-COVID.

“In my view the BioNTech, the Pfizer-BioNTech, is probably the most well focused of the vaccines because it uses only this thing called the receptor-binding domain. It uses a particular fragment of the spike protein as a vaccine, which means that pretty much all the antibodies that are generated are going to be neutralising,” spjega Ian Jones, Professur tal-viroloġija fl-Università ta’ Reading.

Fl-anzjani li għandhom aktar minn 65 sena, it-tilqima hija effettiva 94 fil-mija.