Ambjent
AĠĠORNAT: L-aġent tal-photocopiers mormija f’Għar Ħassan qed jgħin lill-Pulizija

Għadd ta’ photocopiers dalgħodu ntlemħu mormija fuq l-irdum ta’ Għar Ħassan, fil-limiti ta’ Birżebbuġa u l-qasam industrijali ta’ Ħal Far.

Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone ppubblika r-ritratt ta’ dawn il-photocopiers industrijali u qal li dawn mhumiex oġġetti li ssib fid-dar, waqt li appella li ssir investigazzjoni biex jinqabad min huwa responsabbli.

Bosta kkummentaw li l-att huwa iktar tal-mistħija għax il-faċilità tal-iskart goff tinsab biss ftit ’il bogħod, waqt li oħrajn qalu li s-sidien tal-photocopiers jistgħu possibilment jiġu identifikati mis-serial number li jkun irreġistrat fuqhom.

Iktar tard, l-aġent tad-ditta tal-photocopiers mormija għamel kuntatt ma’ TVM, fejn qal li diġà sar rapport lill-Pulizija tad-Distrett u se jkun qed jipprovdilhom id-dettalji ta’ min kien xtara l-photocopiers, billi dan jista’ jiġi identifikat mis-serial number u d-data interna tal-kumpanija.

Sadanittant, TVM waslitlu wkoll informazzjoni dwar ħanut tal-istationery li seta’ rema dawn il-photocopiers, wara li kienu ilhom diġà diversi ġimgħat fuq il-bankina tal-ħanut. TVM għadda din l-informazzjoni lill-Pulizija biex tinvestiga.

Minbarra l-ħidma tad-Direttorat tat-Tindif meta jsiru r-rapporti, il-grupp Birżebbuġa Clean-Up ukoll inaddaf din iż-żona regolarment, minħabba li din ta’ spiss tispiċċa miżbla għal kull tip ta’ skart.

Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, xi ħadd saħansitra waddab hawn ammont sostanzjali ta’ żejt maħruq li niżel minn ġot-triq għal fuq l-irdum u l-flora ta’ fuqu.

Ara wkoll:

ARA: Żejt tal-industrija jintrema fuq l-irdum ta’ Għar Ħasan

ARA: X’sar minnu Għar Ħasan?

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar