Barranin
Python ta’ daqs rekord tinqabad iġġorr 73 bajda fi Florida

Ħaddiema f’park nazzjonali fi Florida, fl-Istati Uniti, qabdu serp tat-tip Burmese python li jikser rekord bid-daqs tiegħu.

Dan il-python femminili kien twil 5.2 metri u kien jiżen 63.5 kilogrammi, hekk kif kien qed iġorr 73 bajda.

Il-python inqabad f’Big Cypress National Reserve waqt ħidma biex tiġi indirizzata l-problema ta’ din l-ispeċi invażiva, li bdiet tidher għall-ewwel darba fl-Everglades ta’ Florida fis-snin tmenin.

Huwa maħsub li l-pythons bdew jitkattru fis-selvaġġ fi Florida wara li kienu jitrabbew bħala annimali domestiċi u nħelsu jew ħarbu. Il-popolazzjoni tagħhom kompliet tikber fl-1992 meta urugan qered faċilità li kienu jitrabbew fiha.

Din l-ispeċi m’għandha l-ebda predaturi naturali fi Florida, u kienet kaġun għat-tnaqqis drastiku fin-numru ta’ annimali ta’ daqs medju li jgħixu f’dan il-post.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiffaċċja sejħiet biex tirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Konservattiv hekk kif ħafna Membri Parlamentari Konservattivi mhux jilqgħu l-pjan li ressqet biex ikun…

Saħħa

Pazjenti li kellhom puplesija kkawżata minn emoroġija fil-moħħ jistgħu jieħdu l-aspirina biex inaqqsu r-riskju li jerġgħu jsofru minn puplesija jew problemi f’qalbhom. L-aspirina traqqaq id-demm u t-tobba kienu kawti biex…

Barranin

Raġel fl-Italja li qabad titjira b’oħra tagħtu rasu meta nduna li niżel fl-ajruport il-ħażin. Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, meta minn Pisa l-passiġġier qabad titjira ta’ Ryanair lejn Bari, minflok…

Barranin

Filmati li qed iduru d-dinja, qabdu l-mument li meteora xegħlet b’dawl qawwi s-sema fl-Awstralja. Dan ġara lbieraħ filgħaxija meta bosta żoni fl-Awstralja t’isfel inħasdu hekk kif is-sema xegħlet għal ftit…

Aktar