Barranin
Piena tal-mewt għal 75 attivist involuti fil-protesti favur l-ex president Morsi
75 ruħ li jinkludu uffiċjali prominenti Iżlamiċi kienu kkundannati għall-mewt bil-forka u 47 dimostrant intbagħtu għal għomorhom il-ħabs mill-qrati Eġizzjati. L-akkużati għandhom konnessjonijiet mal-fratellanza Musulmana ntsabu ħatja ta’ reati konnessi mal-ksur ta’ sigurtà fosthom li instigaw vjolenza, qtil u li organizzaw protesti illegali. 
 
Il-qrati Eġizzjani taw il-verdett tagħhom f’ġuri tal-massa għal aktar minn seba’ mitt dimostrant li kienu involuti fi protesti fl-2013 favur l-ex president Mohammed Morsi li tqaċċat mill-poter mill-ex kap tal-militar u l-president attwali Eġizzjan, Abdel Fattah al-Sisi.
 
Il-protesti fil-kapitali Eġizzjana Kajr, kienu organizzati mill-fratellanza Musulmana u żvolġew f’attakki mdemmija mill-qawwiet tas-sigurtà Eġizzjani kontra mijiet ta’ dimostranti li poġġew bil-qiegħda fi pjazza Rabaa al Adawiya, Il-Human rights Watch kienet iddeskriviet il-qtil ta’ mill-anqas 817 dimostrant bħala att kriminali kontra l-umanità.
 
Dawk mogħtija s-sentenzi mill-qrati jinkludu l-ex uffiċjal Mohammed Badie li ntbagħat l-ħabs għal għomru u l-ġurnalista tal-fotografija Mahmoud Abu Zeid li ngħata sentenza ta’ ħames snin ħabs. Minn dak iż-żmien il-fratellanza Musulmana ġiet pprojbita mill-awtoritjiet Eġizzjani.
 
Il-grupp favur id-drittijiet tal-bniedem l-Amnesty International ikkundannat il-ġuri li ddeskrivietu bħala inġust u li jmur kontra l-kostituzzjoni tal-Eġittu.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Shamima Begum –  it-tfajla Ingliża li telqet minn pajjiżha biex tingħaqad mal-Istat Iżlamiku spiċċat welldet fis-Sirja minkejja t-talbiet tagħha. Shamima kienet qalet li xejn ma kienet skurmentata bil-vjolenza li rat…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sejjaħ lill-pajjiżi Ewropej, fosthom r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja biex jgħaddu ġuri lill madwar 800 militant tal-grupp li jsejjaħ lilu innifsu Stat Iżlamiku li nqabdu…

Barranin

Il-President tal-Parliament Ewropew, Antonio Tajani qed jaffaċċja kiritka qawwija wara li sejjaħ partijiet mill-Kroazja u l-Islovenja bħala reġjuni Taljani. Id-dikjarazzjoni ta’ Tajani xejn ma niżlet tajjeb mal-ex prim ministri u…

Barranin

Ajruplani militari waslu f’Venezwela bl-għajnuna umanitarja, mal-burdura ta’ Cucuta. L-għajnuna waslet wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaidó għamel talba għall-għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-President Nicolás Maduro qed jallega li l-għajnuna umanitarja hija…

Aktar