Lokali
Pierre Portelli fuq l-attakk, tirreaġixxi r-Repubblika MT, jirreaġixxi Karol Aquilina

Pierre Portelli dar għall-mezzi soċjali u kiteb li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina akkumpanja lil Manuel Delia l-Qorti fil-każ li għandu kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista.

Dalgħodu fil-qorti kompliet il-kawża li għamel Manuel Delia (Ex Arriva) kontra Net Television. Ma Manuel Delia fl-awla kien hemm id-Deputat 'Nazzjonalista' Karol Aquilina. #noshame

Gepostet von Pierre Portelli am Dienstag, 18. Juni 2019

Ilbieraħ Portelli għamilha ppubblika li rriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-midja tal-Partit. Mal-ġurnalisti lbieraħ wara l-laqgħa tal-Eżekuttiv, Portelli sostna li l-ħidma tiegħu ma tistax iġġib aktar bidliet minħabba l-attakki kostanti u koordinati fuq il-Partit u fuq il-midja tiegħu liema attakki kienu diretti minn uħud mill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti.

Huwa wkoll ikkritika lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi għall-kitbiet li jikteb fuq il-Facebook. Huwa kkritika wkoll lil Mark Anthony Sammut għall-mod kif tkellem fuq il-midja wara li rriżenja minn President tal-Eżekuttiv. Huwa ħeġġeġ lid-deputati kollha b’mod partikolari lil Jason Azzopardi biex joqogħdu attenti kif jużaw il-Facebook.

Intant l-għaqda Repubblika MT qalet li tinsab imħassba ħafna dwar dawk li jidhru bħala attakki kkordinati u tentattivi biex jintimidaw lill-Membri Parlamentari. Sostniet li d-demokrazija Parlamentari teħtieġ lill-Membri Parlamentari jaħdmu b’mod ħieles mingħajr ebda intimidazzjoni. Saħqet li huma ġew eletti mill-poplu u huma responsabbli lejn in-nies. Qalet li tikkonsidra t-theddid u l-intimidazzjoni indirizzati lejn il-Membri Parlamentari bħala għajb għad-demokrazija.

Intant waqt li kien dieħel fid-Dar Ċentrali, mistoqsi minn TVM dwar l-attakk li għamel fuqu Pierre Portelli, Karol Aquilina qal li għandu dritt ikellem lill-klijenti tiegħu u qal li kien qed ikellem lil Manuel Delia li jirrapreżentah f’kawżi oħra. Żied li s-Sur Portelli messu jgħid li hu ħabib personali ta’  Yorgen Fenech.

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar