Lokali
PIN code biex tniżżel iċ-ċertifikat tal-vaċċin tat-tfal

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin għal dawk kollha li għandhom bejn it-12 u l-15-il sena jista’ jitniżżel permezz ta’ PIN code mibgħut mill-awtoritajiet tas-saħħa minflok bin-numru ta’ wara tad-dokument tal-karta tal-identità.

Il-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsieb lit-tfal se jirċievu sms li jgħidilhom li biex jiġġeneraw il-code jridu jidħlu fuq https://healthtoken.gov.mt/.

Din il-proċedura tista’ tintuża wkoll minn barranin li jgħixu f’Malta u li għandhom numru tal-isptar.

Individwi jistgħu wkoll jaċċessaw is-sit billi jidħlu fuq https://certifikatvaccin.gov.mt/ u jdaħħlu l-informazzjoni t’hawn taħt:

  1. In-numru tal-karta tal-identità tat-tfal u/jew in-numru tal-isptar
  2. Id-data tat-twelid
  3. Numru tal-mobile
  4. Email address

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 145.