Barranin
Brad Pitt u Angelina Jolie f’battalja legali fuq il-manteniment

Tissokkta l-battalja legali bejn dik li kienet waħda mill-iktar koppji famużi fid-dinja, b’Angelina Jolie takkuża lil Brad Pitt li minn meta nfirdu sena u nofs ilu, għadu ma ħallasx manteniment.

Min-naħa tiegħu Brad Pitt qed isostni li diġa ħareġ €1.1 miljun fi spejjeż, u lil Jolie sellifha wkoll €8 miljun biex tixtri dar.

L-avukati ta’ Jolie qalu li l-attriċi se tkun qed titlob lill-Qorti biex timponi ordni ta’ manteniment, kif ukoll tordna li jingħataw il-ħlasijiet b’lura.

Pitt u Jolie kienu ilhom flimkien mill-2005, meta ltaqgħu fuq is-sett tal-film Mr and Mrs Smith. Tul ir-relazzjoni tagħhom kellhom tlett itfal u addottaw erbgħa oħra. Il-koppja żżewġu fl-2014, iżda fl-2016 Jolie talbet id-divorzju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Triq fil-Ġermanja ġġammjat wara li nksiet biċ-ċikkulata. Dan wassal biex inħolqot konġestjoni tat-traffiku. It-triq f’Westönnen ingħalqet wara li tank mimli ċikkulata ġo fabbrika nxtered fit-triq. Iċ-ċikkulata f’ħakka t’għajn għaqdet u…

Kurżitajiet

Ħaddiem Indjan spiċċa fuq fomm kulħadd wara li nqabad jiftaħ il-kaxxi tal-ikel ordnati b’delivery u jerġa’ jagħalaqhom meta jkun fi triqtu għand il-klijenti. Filmat li nġibed f’Madurai, fin-nofsinhar tal-Indja, juri…

Barranin

Hekk kif is-sena 2018 riesqa fit-tmiem bdew jiġu ppubblikati l-aktar tfittxijiet li saru fuq il-Google matul is-sena. Mingħajr ebda sorpriża t-Tazza tad-Dinja kienet l-aktar waħda popolari. Wara t-Tazza tad-Dinja kien…

Brexit

Il-Prim Ministru Theresa May se taffaċċja vot ta’ sfiduċja. Dan wara li minn tal-inqas 48 membru mill-partit tal-konservattivi kitbu ittra fejn qalu li tilfu l-fiduċja tagħhom fiha. Il-vot mistenni jittieħed…

Aktar