Barranin
Pittura ta’ Kristu fi triqtha lejn Abu Dhabi

Salvador Mundi, il-pittura maħsuba li hija xogħol il-pittur Rinaxximentali Leonardo da Vinci tinsab fi triqtha lejn il-Louvre ta’ Abu Dhabi.

Rapporti fil-media internazzjonali jgħidu li din il-pittura nxtrat bl-irkant għal $450 minn Prinċep Saudi.

Il-mużew il-ġdid f’Abu Dhabi sewa biljun Sterlina u dam 10 snin biex jinbena u jitlesta. Il-mużew għandu għal wiri 600 oġġett tal-arti u 300 oħra mislufa minn Franza. Il-Louvre ta’ Abu Dhabi jħallas mijiet ta’ miljuni ta’ dollari għal dan is-self, biex jieħu pariri amministerjali u biex uża l-isem il-Louvre.

Ara wkoll:

‘Kristu’ jinbiegħ għal somma rekord ta’ €380 miljun

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Indoneżjana li tilfet lill-għarus tagħha fl-inċident tal-ajruplan tal-Lion Air ki kkraxxja fil-baħar ħadet ir-ritratti tat-tieġ waħidha. Intan Sayari u Rio Nanda Pratama kellhom jiżżewġu fil-11ta’ Novembru, iżda l-ħolma tagħhom sfumat…

Barranin

Fir-Renju Unit il-grupp Action on Sugar għaddej b’kampanja biex jiġu pprojbiti l-milkshakes kbar li għandhom aktar minn 300 kalorija. Huwa qed jirreferi għalihom bħala freak shakes. Il-grupp stħarreġ dawn il-milkshakes…

Barranin

Il-gvern Taljan qed jisfida lill-Kummissjoni Ewropea u qal li se jżomm il-pjan li fassal għall-budget. Id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini qal li l-miri dwar id-defiċit għal 2.4% tal-prodott gross domestiku;…

Barranin

Fil-ġurnata li l-Italja hi mitluba tibgħat budget ġdid lill-Kummissjoni Ewropea, wara li dak oriġinali ma ġiex aċċettat, jidher li l-effett fuq il-bwiet tan-nies qed jinħass. Ħwienet tal-kafè f’Ruma qed jgħidu…

Aktar