Ambjent
Pjan biex jitħawlu miljun siġra f’10 snin

Il-Fondazzjoni QLZH qed tippjana li fl-għaxar snin li ġejjin tħawwel miljun siġra fil-gżejjer Maltin fi proġett imsejjaħ ‘Saġġar’ li hu maħsub li jsaħħaħ l-ambjent b’mod sostenibbli għall-ġid tas-soċjetà.

Il-Fondazzjoni QLZH li twaqqfet fil-bidu ta’ din is-sena ser taħdem biex fl-għaxar snin li ġejjin jitħawlu miljun siġra fil-gżejjer Maltin.

L-għan ewlieni tal-Fondazzjoni hija s-sotenibilità tant li ħolqot strateġija li mistennija tkun implimentata billi ħafna nies jaħdmu flimkien.

Il-Fondazzjoni ngħaqdet mal-għaqda mhux governattiva Act biex b’mod sostenibbli timplimenta l-istrateġija tagħha li mistennija ġġib flimkien lil dawk kollha interessati li jagħtu sehemhom biex l-ambjent jingħata spinta ‘l quddiem.

Intqal li wara riċerka li mill-għaqda Act., kien deċiż li s-siġar li se jitħawlu jkunu kollha ta’ orġini Maltija biex dawn ikunu jifilħu għall-elementi klimatiċi tal-gżejjer Maltin u bil-ħsieb li jinħolqu żoni ta’ afforestazzjoni li jdumu għal ħafna snin.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, kelliem għall-Fondazzjoni ħeġġeġ lil dawk kollha li jistgħu jgħinu biex din l-inizjattiva ssir realtà għal ġid tas-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel minn Ħal Qormi nżamm arrestat wara li hedded lil Spettur tal-Pulizija u offendieh f’diversi telefonati. L-Ispettur kien qed jinvestigah dwar akkużi li hedded lill-eks sieħba tiegħu. Il-Prosekuzzjon spjegat li…

Televiżjoni u Radju

Kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija X Factor Malta qed jattira eluf ta’ telespettaturi quddiem l-iscreens tat-televiżjoni biex isegwu l-provi li qed isiru fl-ewwel fażi ta’ dan il-programm ġdid ta’ TVM….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq dwar l-importanza li tisseddaq il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Ażja. Fis-summit tal-ASEM fi Brussel, Dr Muscat tkellem dwar ir-relazzjonijiet produttivi li Malta żviluppat…

Knisja Maltija

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħatret lis-Surmast Christopher Muscat bħala l-Maestro di Cappella tal-Katidral Metropolitan. L-irwol tal-Maestro di Cappella hu li jipprepara u jidderieġi l-mużika u l-kor fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-Katidral ta’ San…

Aktar