Għawdex
Pjan għall-breakwater ġdid f’Marsalforn

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret il-pjan biex Marsalforn ikollu breakwater ġdid.

Il-Ministru Caruana tat rendikont ta’ fiex waslu l-preparamenti biex jiġi implimentat il-masterplan ta’ Marsalforn wara li nħarġu l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar. F’dawn l-aħħar ġranet ġew ippubblikati t-tenders għax-xogħlijiet fil-promenade li jkopru xogħlijiet ta’ tisbiħ, modernizzar tal-istrutturi, l-installazzjoni ta’ dawl dekorattiv, u tisħiħ tad-distribuzzjoni elettrika biex jikkumplimenta din iż-żona.

Il-Ministru Caruana spejgat kif team ta’ esperti tekniċi evalwaw bir-reqqa kull studju li kien sar fil-passat bit-tama li fondi pubbliċi li ġew investiti fihom ma jkunux inħlew. Qalet li dawn l-istudji llum m’għadhomx relevanti u għaldaqstant ġew ippubblikati żewġ tenders oħra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar