Budget
Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika maħsub tajjeb biex jistimula l-ekonomija – MHRA

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti Maltin (MHRA) laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern ilbieraħ.

Fi stqarrija il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li l-pjan juri li l-Gvern iħoss is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali li ġab miegħu l-coronavirus u l-pjan li l-MHRA iddeskriviet bħala ‘impressjonanti’ li ħabbar il-Gvern, se jkun qed jistimula is-settur turistiku u l-bqija tal-ekonomija.

L-MHRA laqgħet fost oħrajn il-miżuri dwar il-posponiment tal-ħlas tat-taxxa, l-għajnuna fil-ħlas fuq il-kontijiet tad-dawl u t-traħħis fil-fjuwil. Laqgħet ukoll  il-ħlas mill-Gvern ta’ suppliment għall-pagi ta’ ħaddiema fis-settur turistiku, l-għajnuna fil-ħlas tal-kirjiet tan-negozji u l-għajnuna lin-negozji biex jirreklamaw il-prodotti tagħhom.

Fost miżuri oħra li laqgħet l-MHRA, hemm l-għoti ta’ €100 f’forma ta’ vouchers lil kull persuna li għalqet is-16-il sena li €80 minnhom jintużaw fi ħlasijiet għal servizzi ta’ akkomodazzjoni, ħwienet tax-xorb jew restaurants u l-€20 l-oħra jintefqu f’negozji li kienu għalqu l-bibien tagħhom minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Aktar