Barranin
Pjani biex isir biss ivjaġġar bejn New Zealand u l-Awstralja

L-Awstralja u New Zealand li implimentaw restrizzjonijiet iebsa fuq l-ivjaġġar u anke għalqu għalkollox il-fruntieri tagħhom, qed jippjanaw li fi ftit taż-żmien ieħor jippermettu vjaġġi bejn iż-żewġ pajjiżi mingħajr ma l-passiġġieri jkunu jeħtieġu li joqogħdu 14-il ġurnata kwarantina.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardem qalet li l-pass jittieħed meta ż-żewġ pajjiżi jkunu lesti filwaqt li sostniet li l-ivjaġġar ma pajjiżi oħra ser jibqa’ magħluq għal żmien twil.

“I think simply the position that I would take on behalf of New Zealand is that when we feel comfortable and confident that we both won’t receive cases from Australia, but equally that we won’t export them, then that will be the time to move,” qalet il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern.

Din il-miżura ser issir biex tingħata l-ewwel spinta liż-żewġ ekonomiji li bħalissa jinsabu pparalizzati. L-Awstralja issa laħqet kważi 7,000 każ ta’ coronavirus li minnhom 96 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li fi New Zealand mietu 20 persuna u l-każi telgħu għal 1,500.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

COVID-19

Il-qraba se jitħallew jibqgħu jaraw lill-anzjani fid-djar residenzjali bl-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda. Se jiġi żgurat li kull ġimgħa jsiru attivitajiet li jferrħu u li jżommu okkupati lill-anzjani f’dawn ir-residenzi. Abbażi…

COVID-19

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li…

Aktar