Lokali
Pjazza San Ġorġ tinbidel f’mużew ta’ vetturi

Minn pjazza miksija bil-fjuri ġimagħtejn ilu, għal waħda miżgħuda b’karozzi klassiċi. Pjazza San Ġorġ fil-belt inbidlet għal ftit sigħat f’mużew ta’ vetturi f’edizzjoni tal-Concours d’Elegance.

Pjazza San Ġorġ il-Belt ġeddet il-memorji, mhux biss ta’ meta kienet għadha jservi ta’ parkeġġ iżda b’differenza li din kienet okkażjoni speċjali ta’ darba b’karozzi antiki skjarati fil-pjazza li wħud minnhom huma preġjati għax kienu jintużaw mill-Gvernaturi Ingliżi, Presidenti tar-Repubblika u Prim Ministri.

Fil-bitħa tal-palazz presidenzjali, kien hemm esebiti l-ewwel żewġ karozzi li ġew irreġistrati f’Malta. Sidhom, David Arrigo, iddeskriva l-mument meta xtara l-ewwel waħda karozza tal-għamla Sidley.

David Arrigo qal li “I discovered this car in 1968 in Gozo, it had been abandoned since 1907 in Gozo and that is the reason why it survived because it was forgotten about, no body knew about it/ when it was pulled out of the windmill and dust was taken off it was discovered it had the number 1 no plate.”

Minkejja ż-żmien li għandha, is-Sur Arrigo stqarr li din il-karozza mhix biss biex jammira fil-garaxx.

David Arrigo qal li “It drives 45 miles an hour, I try to avoid riding it in traffic but a run at the coast road on a Sunday morning is a lot of fun”.

Anthony Camilleri f’Diċembru li għadda xtara karozza li ġiet manifatturata fl-1927. Qal li l-ewwel ħsieb tiegħu kien li din il-karozza qatt ma kien se jsuqha minħabba li l-mod kif taħdem hu differenti minn kif jaħdmu l-karozzi tal-lum.

Anthony Camilleri qal li “għandi 3 pedali però mhux l-istess funzjoni. L-ewwel pedala on the left hi first gear, m’hemmx clutch. It-tieni pedala fin-nofs hi reverse. L-idea kienet li minħabba li t-toroq kienu aktar imħarbtin, meta jeħlu fit-tajn kienu jafsu forward u reverse biex jinqalgħu mit-tajn. It-tielet pedala, li s-soltu narawha gass, hi break. Accelerator, il-gass hu minn mal-isteering u l-lever l-ieħor hu timing.”

Fi pjazza San Ġorġ għall-Concours d’Elegance kien hemm 83 karrozza ta’ madwar 60 manifattur differenti. Ġurija internazzjonali fliet id-dettalji u l-kundizzjoni ta’ kull vettura.

John Spiteri qal li “karozzi klassiċi jiġu judged għall-eleganza, kundizzjoni u awtentiċità tagħhom”.

B’kollox kien hemm 9 kategorjiji fosthom għal vetturi ta’ qabel il-gwerra, ta’ wara il-gwerra, għal karozzi sportivi u kompetizzjoni oħra li ppremjat ir-restawr ta’ dawn il-mudelli antiki.”

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bejn Malta u Għawdex m’hemmx biss baħar jaqsam. Studju ta’ studenta Għawdxija kkonkluda li leżbjani Għawdxin qed ikollhom jiġu jgħixu Malta minħabba l-pressjoni li jħossu mill-familji u l-komunitajiet Għawdxin. Għal…

Stejjer Umani

Iż-żfin għal ħafna huwa mezz ta’ soċjalizzazzjoni u divertiment imma għal Joe Saliba, li għandu 72 sena, iż-żfin huwa aktar minn żvog. Joe huwa fost bosta persuni li ħadu l-parir…

Stejjer Umani

Problema soċjali kumplessa wasslu biex omm żagħżugħa b’żewġt itfal u kelb tispiċċa torqod f’karozza u tgħajjex lill-uliedha b’€500 fix-xahar. L-omm stqarret li ma setgħetx tmur f’shelter offrut mill-appoġġ minħabba fost…

Aktar