Kultura
Pjazza Teatru Rjal għandha tissaqqaf jew le?

Anke l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici fisser il-miżuri li tħabbru fil-budget għad-dekasteru tiegħu. Fost oħrajn semma li ser issir konsultazzjoni dwar il-wegħda elettorali biex Pjazza Teatru Irjal tissaqqaf. Semma wkoll proġetti li ser isiru fil-qrati biex tissokta r-riforma fil-qasam tal-ġustizzja.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici elenka tmien miżuri li tħabbru fil-Budget biex jitwettqu l-miri tal-gvern għall-oqsma tal-ġustizzja u l-kultura.

Qal li fil-qasam tal-ġustizzja, il-gvern se jassigura t-tisħiħ tal-qasam fost oħrajn bis-separazzjoni tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

”Aħna għandna valuri Ewopej li jemmnu fis-separazzjoni tal-poteri… u fi qrati indipendenti u awtonomi li jingħataw l-għodda neċessarja biex jagħmlu l-judicial review li huwa neċessarju jekk hemm bżonn, anki fuq il-gvern tal-ġurnata.”

Il-Ministru Bonnici qal li ser jissokta l-programm tal-immodernizzar fil-qrati bl-użu tat-teknoloġija diġitali li se twassal servizzi aktar effiċjenti għaċ-ċittadini. Qal li s-sena d-dieħla, il-qorti se tibda topera bħala aġenzija u se jitkompla l-proċess għat-tishiħ tal-Bureau għall-Irkupru tal-Assi biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

Dwar il-kultura, il-Ministru Bonnici qal li ser issir konsultazzjoni dwar Pjazza Teatru Rjal biex il-potenzjal ta’ dan is-sit kulturali jkun massimizzat, bil-possibiltà li jissaqqaf. Hu qal li bl-allokazzjoni ta’ erba’ miljun ewro ser ikompli jsir investiment fl-oqsma kulturali li qal isawru l-identità nazzjonali.

Il-Ministru Bonnici semma proġetti ta’ restawr tal-wirt storiku li jkomplu jsaħħu l-legat kulturali għall-ġenerazzjonijiet futuri. Qal li l-gvern qed jaħdem biex titfassal politika kulturali mġedda li tirrifletti l-għanjiet tal-gvern għat-tkabbir, l-aċċessibbiltà u sostenibbiltà ta’ dan is-settur.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar