Kultura
Pjazza Teatru Rjal tilqa’ artisti minn Fujian għall-Fesitval tal-Qamar

Għaċ-Ċiniżi qed toqrob festa importanti, il-Festival tal-Qamar. Iċ-Ċiniżi f’kull rokna tad-dinja jiċċelebraw dan il-festival ma’ kulturi oħra – kif se jagħmlu ftit tal-jiem oħra fil-kapitali Maltija.

Il-Festival tal-Qamar Ċiniż se jiġi ċċelebrat f’Malta bi spettaklu ta’ pupazzi Ċiniżi, żfin u akrobaziji minn artisti li ġejjin mill-provinċja Ċiniża – Fujian.

Il-Festival Ċiniż tal-Qamar, magħruf ukoll bħala l-festival ta’ nofs il-ħarifa, jitqies bħala t-tieni l-iktar festival folkloristiku importanti fiċ-Ċina wara l-festival tar-rebbiegħa. Dan il-festival isir meta hu maħsub li l-qamar ikun fl-aqwa tiegħu.

Il-festival ilu jiġi ċċelebrat aktar minn 3,000 sena u għaċ-Ċiniżi jfisser għaqda u armonija fil-familja għax għalihom l-qamar sħiħ huwa simbolu ta’ għaqda u kuntentizza.

Din hija festa ta’ kuluri u żfin li ssellem il-festival tal-ħsad fiċ-Ċina, li dejjem jaħbat lejn l-aħħar ta’ Settembru, il-bidu ta’ Ottubru.

Iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż, li qed ifakkar il-ħmistax-il sena mit-twaqqif tiegħu f’Malta, se jfakkar il-Festival tal-Qamar bi spettaklu ta’ żfin u akrobaziji mill-Fujian Acrobatic Troupe.

F’Malta, għadd ta’ kumpaniji kulturali u artistiċi mill-provinċja Ċiniża Fujian mistenni jesponu l-ispirtu kulturali ta’ din il-provinċja, waqt li jsaħħu d-djalogu kulturali u r-rabtiet ta’ ħbiberija bejn il-poplu Ċiniż u l-poplu Malti.

L-ispettaklu ser isir fi Pjazza Teatru Rjal fit-22 ta’ Settembru u ghalkemm ser ikun b’xejn ser jintlaqgħu donazzjoni b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ blokok residenzjali f’San Vinċenz de Paul, fil-limiti ta’ Ħal Luqa. Dawn l-erba’ blokok residenzjali mistennija jakkomodaw mal-490 resident. Il-proġett huwa mifrux fuq 16,500 metru kwadru…

Teknoloġija

Il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li kważi wasal nofs triq l-investiment ta’ €100 miljun li l-kumpanija qed tagħmel f’sistema ta’ fibre optic cable għas-servizzi tagħha. Huwa qal li dal-proġett…

Lokali

Wara li lbieraħ filgħaxija ġġarraf bini fi Gwardamanġa, Transport Malta qalet li qed tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn isiru dawn it-testijiet huwa parti minn din il-binja li ġġarfet….

Lokali

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’…

Aktar