PL: bir-riga tiegħu Busuttil għandu jieħu azzjoni kontra Fenech u Zammit Dimech

Il-Ministru Chris Cardona u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qalu f’konferenza tal-aħbarijiet li Dr Busuttil baqa’ ma ħax passi kontra l-ex-Ministri Tonio Fenech u Francis Zammit Dimech wara dak żvelat fil-Panama Papers, li qalu juru l-involviment tagħhom f’kumpaniji rreġistrati fil-British Virgin Islands, post magħruf għall-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.

Il-Ministru Cardona semma wkoll kif fil-Panama Papers tissemma l-kumpanija EMD li hija intermedjarja għal 72 kumpanija li twaqqfu fil-Panama. Qalu li din il-kumpanija hija ta’ oħt Richard Cachia Caruana u li fiha s-Sur Cachia Caruana huwa konsulent. Il-kelliema Laburista qalu li din il-kumpanija, EMD Trust Services hija azzjonista fi 12-il kumpanija fil-British Virgin Islands.

Il-Ministru Cardona qal li huma implikati ukoll l ex-Ministri Francis Zammit Dimech u Tonio Fenech u għalhekk kienu jistennew li l-kap Nazzjonalista jieħu azzjoni kontra dawn il-persuni wara li huwa stess kien iddikjara li min b’xi mod ikun involut f’dawn l-istrutturi finanzjarji huwa korrott u huwa jneħħihom minnufih.

Il-kelliema qalu li bir-riga tiegħu stess Dr Busuttil, biex jittieħed bis-serjetà, għandu jieħu azzjoni kontra d-deputati Tonio Fenech, Francis Zammit Dimech u esponenti oħrajn tal-Partit Nazzjonalista, fosthom il-President tal-Partit Nazzjonalista Anne Fenech u l-ex-Ambaxxatur Noel Buttigieg Scicluna li wkoll huwa involut fil-Panama Papers.

Intant is-sur Cachia Caruana fi stqarrija qal li huwa qatt ma kellu l-ebda sehem f’kumpaniji rreġistrati fil-Panama, fil-British Virgin Islands jew f’xi tax haven ieħor. Żied jgħid li qatt ma ta pariri dwar il-ftuħ ta’ kumpaniji f’dawn il-pajjiżi. Is-sur Cachia Caruana qal li r-relazzjoni tiegħu mal-kumpanija EMD hija strettament marbuta mal-għoti ta’ pariri dwar affarijiet marbuta mal-Unjoni Ewropea u huwa qatt ma kellu l-ebda sehem jew pożizzjoni ta’ tmexxija f’din il-kumpanija.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar