PL: Il-PN qed jipprova jivvinta kwisjtoni li ma teżistix

B’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, l-Partit Laburista qal fi stqarrija li l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jivvinta kwistjoni li ma teżistix wara li f’25 sena fil-Gvern baqa’ ma ressaqx liġi għall-Finanzjament tal-Partiti.

Fl-istqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista għadu sal-lum lanqas ippubblika l-accounts tiegħu u jrid jipprova jippontifika fuq dak li għandu partit ieħor.

Żied li l-Partit Laburista matul is-snin ħadem b’għaqal u mingħajr abbuż u ippubblika l-kontijiet tiegħu u issa ser idaħħal din il-liġi.