Barranin
Placido Domingo jirċievi l-unur ta’ ambaxxatur onorarju għall-wirt dinji fi Spanja

L-istilla Spanjol tal-opra, Placido Domingo rċieva l-unur ta’ ambaxxatur onorarju għall-wirt dinji fi Spanja wara prestazzjoni li ta f’Teatro Real f’Madrid – l-ewwel waħda mill-2019 f’avveniment organizzat mill-fondazzjoni Excelentia biex tiġbor fondi għall-għaqda tas-Salib l-Aħmar u l-vittmi tal-Covid-19.

Il-publiku laqa’ b’mod tajjeb ħafna r-ritorn ta’ Domingo fuq il-palk. Is-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Kultura Spanjol ħassar il-produzzjonijiet kollha li kienu ppjanati fit-teatri filwaqt li Domingo kien irtira mix-shows wara li investigazzjoni mill-American Guild of Musical Artists ikkonkludiet li seta ġab ruħu b’mod mhux xieraq ma’ artisti nisa.