Sport
Plejer tal-Għargħur mgħajra b’missierha “l-iswed” – Il-PM jirreaġixxi

Il-Captain tal-Under 19 Radiers Għargħur FC ġiet mgħajra b’mod razzist waqt logħba kontra Mosta FC.

Fuq il-midja soċjali Maya Lucia qalet li ġenituri tal-plejers mit-tim oppost bdew jinsulentawha bi kliem oxxen u jirreferu għal “missierek l-iswed”. Qalet li din hija r-realtà li jiffaċċjaw l-atleti llum.

B’reazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qal li atleta żagħżugħa li tiffaċċja abbuż minħabba l-kulur tal-ġilda tagħha ma tistax tibqa’ r-realtà tal-atleti f’Malta, u appella biex flimkien nibnu soċjetà fejn kulħadd huwa trattat b’rispett u fejn id-diskriminazzjoni tgħib kif jixraq.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali l-klabb qal li anki l-Mosta FC jikkundanna dan l-aġir, li jagħmel għajb lill-klabbs tal-futbol u s-sostenituri. Saħaq li dan il-każ se jiġi rrappurtat lill-Pulizija.