Lokali
AĠĠORNAT: Plejer tal-‘youths’ iweġġa’ fil-grawnd tal-Mosta

Il-plejer żagħżugħ Kyle Bartolo weġġa’ f’inċident fil-grawnd tal-Mosta dalgħodu meta kienet qed tintlagħab logħba tal-Under 17 bejn Valletta u San Ġwann valida mill-kampjonat tal-Youth FA.

tvm.com.mt infurmat li l-plejer weġġa’ wara li ħabat mal-ħġieġ fil-bidu tat-tieni taqsima tal-logħba li bdiet fit-8.30, fejn dak il-ħin ir-riżultat kien 1-0 favur San Ġwann.

Skont xhieda fuq il-post plejer ta’ Valletta FC imbotta lill-plejer ta’ San Ġwann meta dawn kienu viċin il-linja tal-out-ball taħt l-istands tal-ispettaturi. Bid-daqqa dan ħabat mal-ħġieġ, bil-konsegwenza li għal ftit ħin il-plejer ta’ San Ġwann intilef minn sensih.

Kien sieħbu tat-tim, il-gowler Jake Pisani, li ta l-ewwel għajnuna lil Bartolo billi dawru fuq ġenb fir-‘recovery position.’

F’kummenti li ta lil dan is-sit kelliem ta’ San Ġwann Nursery FC, filwaqt li rringrazzja lill-kowċis ta’ Valletta FC għas-sostenn tagħhom, sostna li kien hemm imbuttattura evidenti, iżda huwa f’idejn il-Youth FA biex jaraw jekk kinitx intenzjonata. Huwa rringrazzja lil waħda mill-ommijiet; Romina Xuereb, li qal ukoll kienet minn tal-ewwel biex tgħin lil Bartolo.

Intant il-kowċ ta’ Valletta FC għamel kuntatt ma’ dan is-sit, fejn qal li l-ebda plejer ma mbotta lil ieħor, iżda li ġara kien li ż-żewġ plejers daħlu f’daqqa għal ballun, bil-konsegwenza li wieħed minnhom tilef il-bilanċ. Il-kowċ ikkritika l-fatt li m’hemmx żewġ metri mil-linja tal-grawnd għall-ħġieġ, u li dan ma kienx l-ewwel inċident ta’ dan it-tip.

Il-logħba kellha tieqaf għal 20 minuta sakemm waslet l-ambulanza u l-pulizija li ssejħu fuq il-post.

F’dan l-istadju l-Pulizija qalet li hija infurmata li kien hemm plejer li sofra ‘injury’ waqt il-logħba.

Intant, fi stqarrija l-Youth FA qal li waqt il-logħba kien hemm paramediku preżenti li ta l-ewwel għajnuna, u li se jkunu qed ikomplu jsegwu l-progress tal-plejer.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ persuni se jitressqu l-Qorti ikar tard illum b’rabta ma’ attentat ta’ serqa li seħħet fil-ħanut Crystal Palace f’Ħaż-Żabbar ix-xahar li għadda. Skont il-Pulizija, wara investigazzjoni li ilha sejra għal…

Storja

Heritage Malta għaddejja bi studji biex villa Rumana li tinsab fl-inħawi ta’ Għar Dalam terġa’ tiġi skavata mill-ġdid wara 100 sena, bit-tama li jintefa’ dawl ġdid fuq l-istorja ta’ Malta….

Kronaka

Mara dalgħodu sofriet xi ġrieħi wara li sfat imtajra f’Birkirkara. L-inċident seħħ fil-bypass għall-ħabta tad-9.05am. Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-mara ntlaqtet minn vettura li kienet ħierġa minn triq sekondarja għal…

Aktar