PM: L-UE tikkommetti ruħha għal operazzjonijiet fil-Libja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għall-ewwel darba l-Unjoni Ewropea qed tikkometti ruħha li tidħol responssabbli għal operazzjonijiet mhux militari fil-Libja jekk tintalab mill-Gvern Libjan ta’ Għaqda Nazzjonali.  Konsegwenza ta’ dan l-iżvilupp fi tmiem is-Summit, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ħabbar li flimkien mar-Rappreżentant Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-politika barranija ser iżur Malta, l-Italja u t-Tuneżija.

F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem il-Kunsill Ewropew fi Brussell li tratta fost oħrajn is-sitwazzjoni fil-Libja, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-impenn għal operazzjoni konġunta huwa pass importanti.

Dr Muscat ħabbar ukoll li l-Kunsill Ewropew ta mandat lir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini biex fil-jiem li ġejjin tippreżenta l-għażliet kollha possibbli biex ikun stabbilit x’tip ta’ assi jistgħu jintużaw f’dawn l-operazzjonijiet.

Dr Muscat għamilha ċara li dawn l-operazzjonijiet mhux se jkunu ta’ natura militari u jidħlu fis-seħħ la darba jsir ftehim għal Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali fil-Libja.

Spejga li l-Unjoni Ewropea se tkun qed tieħu l-passi u tintervjeni f’operazzjonijiet li jkunu msejħa mill-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali biex tħares żoni ta’ infrastruttura kritiċi bħalma huma l-ajruporti, binjiiet tal-Gvern, raffineriji taż-żejt u l-fruntieri ma’ pajjiżi oħrajn.

Fid-dawl tal-fatt li l-attakki li seħħew fit-Tuneżija saru minn persuni mħarrġa fil-Libja, huwa qal li saret enfasi biex il-fruntieri jiġu kkontrollati waqt li sostna li huwa impossibbli li tiġi kkontrollata l-kosta ta’ pajjiż kbir bħalma huwa l-Libja.

Il-Prim Ministru sostna li hemm qbil li m’hemmx alternattiva għal soluzzjoni politika u l-intervent mill-Unjoni Ewropea jista’ jseħħ biss wara li jkun hemm soluzzjoni politika li tista’ tkun anki waħda parzjali.

Il-Prim Ministru sostna li jekk ikun hemm xi grupp partikolari li jibqa’ jwebbes rasu li ma jridx Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali u ftehim ta’ paċi, jista’ jkun li dan il-grupp jitwarrab u d-diskussjonijiet ikomplu ma’ dawk ta’ rieda tajba li jridu ftehim fil-Libja.

“Fir-rigward ta’ Malta għamilniha cara u qiegħda riflessa fil-konklużjonijiet li r-Rappreżentanta Għolja trid tagħmel użu mill-istrumenti kollha li jagħtuha t-trattati, ma tħalli xejn barra u l- kwistjoni ta’ immigrazzjoni hija marbuta ma’ dan,” qal Dr Muscat.

Il-Prim Ministru saħaq li jistenna impenn akbar mill-aġenzija Frontex u mhux stqarrijiet allarmisti dwar influss qawwi ta’ immigranti li jistgħu jaħarbu mil-Libja.

Dwar l-operazzjonjiet tal-Frontex, il-Prim Ministru qal li din mhix kbira u importanti bħalma kienet il-Mare Nostrum, iżda kkummenta pożittivament li l-kwistjoni tal-Libja ngħaqdet ma’ dik tal-immigrazzjoni minkejja li qal li hemm min irid iżommhom mifrudin minn xulxin.

F’konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem is-Summit, il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk ħabbar li sal-aħħar tax-xahar se jkun qiegħed iżur it-Tuneżija, Malta u l-Italja flimkien mar-Rappreżentant Għolja tal-UE Federica Mogherini biex ikompli fi kliemu jara x’tista’ tagħmel aktar l-UE ma’ dawn il-pajjiżi biex tinkiseb l-istabbiltà fir-reġjun.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar