PN: il-Gvern juża avviż legali sospiż biex jiġbor l-informazzjoni tal-istudenti

Il-Partit Nazzjonalista f’konferenza tal-aħbarijiet qal li l-Gvern qed juża l-avviz legali li suppost huwa sospiż biex jiġbor l-informazzjoni tal-istudenti qabel jinbidel l-avviż legali. Il-kelliem għall-edukazzjoni Joe Cassar qal li fl-istess ħin li beda konsultazzjoni biex jibdel l-avviż legali dwar il-ġbir ta’ informazzjoni tal-istudenti, qed juża l-avviż legali li huwa suppost sospiż biex jiġbor informazzjoni sensittiva tal-istudenti. Qal li l-Gvern għandu jieqaf jagħmel dan u jagħti rendikont ta’ dak li nġabar.

Il-kelliem staqsa għalfejn il-Gvern qed jaġixxi ta’ Big Brother meta jrid jikkonsoltu biex ibiddel dan l-avviż legali. Dwar il-konsultazzjoni biex jinbidel dan l-avviż legali Dr Cassar qal li hemm bosta punti li l-PN jaqbel fuqhom u huma l-istess punti li kien ressaq fil-Parlament u li ġie rredikolat mill-Gvern għax ressaqhom. Qal li xorta waħda hemm punti li ħassew li jridu jikkjarifikaw u għalhekk tkellmu ma’ Saviour Cachia li huwa l-kummissarju tal-protezzjoni tad-dejta li qalu huma kuntenti bid-disponibbiltà tiegħu.

Aħbarijiet Oħra

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

L-MUT laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern=li l-istudenti jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l-14 t’Ottubru, minflok fit-30 ta’ Settembru. Fi stqarrija l-MUT qalet li kienet talbet għal dan il-posponiment biex l-iskejjel ikollhom…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Aktar