PN jitlob li jkun invesitgat allegat każ ta’ ksur ta’ kuntratt pubbliku

L-Opożizzjoni Nazzjonalista permezz tax-Shadow Minister Jason Azzopardi u l-kelliem Ryan Callus talbu lill-kumitat għall-kontijiet pubbliċi jinvestiga allegat każ ta’ ksur ta’ kuntratt pubbliku bejn il-Gvern u l-General Workers Union.

Il-kelliema qalu li l-kirja li hemm tal-binja tal-Workers Memorial Building fil-Belt Valletta lill-kumpanija ARMS tinten ħafna u li kollox jindika li qed jinkiser ftehim bejn il-Gvern u l-GWU fl-1997.

Jason Azzopardi qal li l-kuntratt jgħid b’mod ċar li l-GWU ma tistax tikri jew tbiegħ l-binja tagħha fil-Belt Valletta lil entità li hi ma għandiex 51 fil-mija tas-shareholding tagħha.

Dr Azzopardi ppreżenta mistoqsija parlamentari mwieġba mill-Ministru Konrad Mizzi li kkonfermat li l-azzjonisti tal-ARMS ma jinkludux lill-GWU. Dr Azzopardi ikkumenta dwar l-atteġjament tas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb li qal dan mhux atteġjament ta’ bniedem li jipprapreżenta lill-ħaddiema.

Ryan Callus minn naħa tiegħu qal li fl-aħħar sena saru bosta affarijiet li juru li d-dipartiment tal-artijiet sar pedina tal-Gvern u semma fosta l-oħrajn il-każijiet tal-Australia Hall u l-Cafe’ Premier.