Lokali
Il-Pulizija għandha f’idejha lis-suspettat ewlieni bil-qtil tal-bieraħ

Mill-erba’ persuni miżmuma lbieraħ filgħaxija b’rabta mal-isparatura f’Ħ’Attard li ħalliet raġel mejjet u ieħor ferut gravi, il-Pulizija għandha suspett qawwi f’wieħed minnhom.

tvm.com.mt infurmat li dan ir-raqġel qed jitqies bħala s-suspettat ewlieni u qed ikompli jiġi interrogat dalgħodu.

Il-mejjet huwa Lino Mangion ta’ 58 sena, kuġin tal-Imħallef Robert Mangion, li b’kumbinazzjoni kien għadu kemm telaq mingħandu f’Ħ’Attard wara li allegatament mar isewwilu xi ħaġa fid-dar.

Huwa u sejjer lura lejn daru f’Ħal Qormi, Mangion waqaf għand it-tapizzar Raymond Grima ta’ 61 sena biex jagħmel seat ta’ mutur, kif kitbet bintu fuq Facebook. Kien hawn li Mangion inqatel, hekk kif xi ħadd daħal fil-garaxx u spara diversi tiri fuqu u fuq Grima.

Dan is-sit tal-aħbarijiet infurmat li f’dan l-istadju fil-mira tal-qtil jidher li kien hemm it-tapizzar Grima, bil-pulizija qed jistennew li jkellmuh wara li jirkupra mill-operazzjoni.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT 2: Il-Pulizija tinterroga 4 persuni minn Ħal Qormi dwar id-delitt ta’ Ħ’Attard

“Lejl sħiħ nistennewk tiġi imma bqajt ma tfaċċajtx” – bint il-Pewx li nqatel ilbieraħ

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Aktar