Unjoni Ewropea
Politico jagħżel lil Miriam Dalli bħala waħda mill-MEPs li għamlet differenza

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli hija fost l-40 persuna li skont Politico għamlu differenza tul dawn l-aħħar ħames snin.

Miriam Dalli hija l-unika Maltija li tinsab f’din il-lista. Politico elenka ħidmet Dalli fosthom fl-oqsma tal-klima, ambjent u migrazzjoni. Isemmi li Miriam Dalli kienet kruċjali biex jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-vetturi. Jgħid li f’ħidmietha, Miriam Dalli rat opportunità biex tindirizza l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa respiratorja, l-innovazzjoni fil-manifattura, opportunitajiet ta’ xogħol u vantaġġi għal konsumaturi.

Hija ħadmet ukoll fil-qasam tal-immigrazzjoni fosthom fuq liġi li tirregola fond ta’ €10.4 biljun u li se jagħmlu użu minnu l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Miriam Dalli mbuttat biex bħala wieħed mill-prijoritajiet, dan il-fond jindirizza s-solidarjetà bil-fatti biex pajjiżi bħal Malta ma jitħallewx waħedhom.

B’reazzjoni, fi stqarrija, Miriam Dalli qalet li dan huwa messaġġ ċar li l-Ewroparlamentari Maltin jistgħu jagħmlu differenza. Qalet li irrispettivament minn liema pajjiż ikunu, meta jkollhom l-perseveranza u d-determinazzjoni jistgħu jagħmlu bidla pożittiva.

Stqarret li tul dawn il-ħames snin ħadmet biex twettaq dak li temmen fih. Qalet li kien hemm negozjati diffiċli iżda ħadmet biex tgħaqqad flimkien pożizzjonijiet differenti. Saħqet li għamlet dan għax temmen fil-bidla.

Miriam Dalli ġiet eletta għall-ewwel darba fl-2014 f’isem il-Partit Laburista. Hi ġiet identifikata fost total ta’ 751 Membru Parlamentari Ewropew. Id-39 persuna oħra ġejjin minn 18-il pajjiż differenti u tinkludi persuni li llum il-ġurnata għandhom rwoli importanti f’pajjiżhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mumenti ta’ ġabra spikkaw fiċ-Ċimiterju Militari f’Tal-Pietà waqt it-tifkira għall-eluf ta’ suldati Awstraljani u minn New Zealand li tilfu ħajjiethom biex jiddefendu l-ħelsien fil-battalja ta’ Gallipoli fl-Ewwel Gwerra Dinjija li…

Lokali

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Psikoloġija, għall-ewwel darba d-dipartiment tal-psikoloġija fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa fakkar il-Jum Dinji tal-Psikoloġija biex jikber l-għarfien dwar is-servizzi li qed joffri lill-komunità. Is-sena li għaddiet, iżjed minn…

Lokali

Mas-6,000 ħaddiem se jingħataw kumpens għall-anomaliji u inġustizzji li sofrew matul iż-żmien. Il-Ministri Edward Scicluna u Michael Falzon qalu li dawn il-ħaddiema ser jingħataw bejniethom €11-il miljun fi skema li…

Lokali

Il-familji residenti fil-bini li ġġarraf il-lejl li għadda fi Gwardamanġa u l-ġirien tagħhom jinsabu ttrawmattizzati, li minħabba dak li ġara spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom. Huma esprimew rabja kbira għaliex qalu…

Aktar