Lokali
Ħarbet minn pajjiżha u sabet kenn f’Malta iżda tħoss li drittijietha mhux ċari

Rappreżentanti ta’ komunitajiet ta’ refuġjati f’Malta qasmu l-esperjenzi tagħhom waqt konferenza organizzata mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università li kienet iddedikata lejn l-integrazzjoni tagħhom u d-diffikultajiet li jiffaċċjaw f’Malta.

Uffiċjali governattivi li tkellmu ma’ tvm.com.mt qalu li dalwaqt se tkun varata politika ta’ integrazzjoni biex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet.

Hadia Bashir hija politikanta Sudaniża li fl-2013 kellha taħrab mat-tliet ulied tagħha minħabba li topponi lill-gvern ta’ pajjiżha. Irrakkontat ma’ tvm.com.mt li t-tluq tagħha mis-Sudan ma kienx kapriċċ. Tgħid li żewġha nżamm arrestat għal sena biex tigi imġiegħla terġa’ lura f’pajjiżha.

Hadia tgħid li ntlaqgħet f’Malta iżda hija mħassba bin-nuqqas ta’ ċarezza dwar id-drittijiet tagħha u ta’ uliedha. “We need to put a refugees policy, to be clear for us, to plan our future and to plan our children’s future.”

F’konferenza dwar l-immigranti u l-integrazzjoni tagħhom, il-Professur Andrew Azzopardi mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, qal li n-nuqqas ta’ informazzjoni u statistika jagħmlu t-trattament tar-refuġjati iktar diffiċli.

Huwa qal li kuntrarjament għall-perċezzjoni jew xniegħat li spiss jintqalu, ir-refuġjati li jingħataw status formali jew protezzjoni umanitarja huma ċittadini universali u huma mħarsa bil-liġi daqs kwalunkwe ċittadin ieħor.

“Li kieku kont fl-istess ċirkostanza ġo pajjiż ieħor, jien nistenna u nitlob li jkolli dawn il-benefiċċji biex niġi protett għax meta jiġu hawn, mhux qed jiġu għall-vaganza imma qed jiġu hawnhekk għax għandhom diffikutajiet fil-pajjiż tagħhom, min-naħa l-oħra nifhem il-pajjiż, nifhem in-nies kif jirraġunaw, nifhem it-tbatijiet li ġieli jinħolqu għall-ċerti komunitajiet, però ir-responsabbiltà hija wkoll tal-istat,” qal il-Professur Azzopardi.

Uffiċjali governattivi qalu li n-nuqqas ta’ ċarezza se tkun indirizzata b’politika ta’ integrazzjoni li se tkun varata x-xahar li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Festi

Il-festi titulari fl-istaġun sajfi ġew iċċelebrati kollha. Iżda l-festi għadhom għaddejjin. Fil-fatt, fi tmiem din il-ġimgħa qed jiġu ċċelebrati ħafna festi żgħar f’kappelli li għandna f’Malta u Għawdex. Waħda minnhom…

Aktar