‘Popolin’ minn għada – mitħaddta suġġetti li jinsabu fuq fomm kulħadd

F’dawn il-jiem l-iskeda ta’ Television Malta se tkompli tingħata l-ħajja b’għadd ta’ programmi ġodda, fosthom ‘Popolin’. Programm, ismu miegħu, maħsub biex jiddiskuti firxa wiesgħa ta’ suġġetti li jinsabu fuq fomm il-poplu Malti u Għawdxi.

Minn għada, ‘Popolin’ se jkun qed jiddiskuti bosta stejjer u kurżitajiet, fost l-oħrajn. Vetrina, fi ftit kliem, li se tkun qed tilqa’ fi ħdanha b’dirgħajha miftuħa beraħ rakkonti u taħditiet ta’ kull xorta. Diskussjonijiet, li x’aktarx li dak li jkun dlonk jirrelata magħhom il-għaliex is-suġġetti mitħaddta jafu jolqtu lill-poplu fil-laħam il-ħaj. Ix-xoqqa f’moxtha, biex kulħadd jixtarr id-diskors b’mod liberu u jsemma’ leħnu bla xkiel.

Minn jum għall-ieħor, fost l-oħrajn, diversi esperti u kelliema minn diversi setturi fi xtutna se jingħataw spazju fl-istudios ta’ ‘Popolin’ bit-tama li ħsibijiethom u l-pariri siewja tagħhom ma jaqgħux fuq widnejn torox.

Intant, kif ħabbar fl-aħħar sigħat il-preżentatur ta’ ‘Popolin’, Quinton Scerri, l-aħħar preparamenti għal għada jinsabu fl-aqwa tagħhom bil-għan li fi żmien 24 siegħa mat-tokki tas-sebgħa ta’ filgħaxija tibda din l-avventura ġdida.

https://www.facebook.com/popolin.mt/videos/443012076669823/?t=1

‘Popolin’ jibda jixxandar minn għada, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fis-7pm fuq Television Malta.

https://www.facebook.com/popolin.mt/videos/3290876574321380/?t=12