Qorti
Pospost b’mod indefinit il-ġuri ta’ Etienne Bartolo li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Roderick Grech

Il-Qorti reġgħet ipposponiet il-ġuri ta’ Etienne Bartolo li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Roderick Grech minħabba appell imressaq quddiem il-Qorti Kostituzzjonali mill-Parte Civile.

Il-Prim Awla fil-Qorti Ċivili, ippreseduta mill-Imħallef Robert Mangion, ċaħdet rikors imressaq it-Tlieta f’isem il-parti ċivili li fih argumentat li l-ġuri kellu jiġi pospost minħabba li ma ġietx ippubblikata l-lista tal-ġurati fil-gazzetta tal-Gvern qabel kellu jibda l-ġuri. L-avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Marion Camilleri, f’isem il-parti ċivili, qalu li ġibdu l-attenzjoni tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija b’dan in-nuqqas, iżda ma kinux infurmati bl-aħħar żviluppi wara din il-korrispondenza.

L-Imħallef Mangion iddeċieda li l-ġuri, li ġie pospost mit-Tnejn għall-Erbgħa, ma urtax lill-ġurati u telfet mis-serenita’ tal-ġurati, kif argumentat fir-rikors mill-parti ċivili.

L-avukati tal-familja ser jappellaw mid-deċiżjoni, bil-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, kienet kostretta li tipposponi b’mod indefinit il-ġuri sakemm id-deċiżjoni dwar l-appell jiġi deċiż quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

Etienne Bartolo magħruf bħala “il-Vojt” jinsab mixli li qatel lil Grech ta’ 26 sena minn Naxxar, magħruf bħala “iċ-China”, wara li allegatament tah daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta f’Birkirkara wara ġlieda li nqalgħet bejniethom fuq biċċa negozju fid-droga li marret ħażin.

F’isem l-imputat qed jidhru l-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar