COVID-19
Possibilità ta’ skola mid-dar għall-istudenti

Il-Gvern waqqaf grupp ta’ ħidma, bil-għan li jesploraw il-possibilità li studenti ikomplu jsegwu l-kurrikulu mid-dar.

Il-grupp huwa magħmul minn rappreżentanti tat-tliet setturi – skejjel tal-istat, tal-Knisja, u dawk indipendenti, flimkien mal-Unjin tal-Għalliema. Waqt il-laqgħa ta’ bejniethom dawn qalu li diġà qegħdin jaraw li jibgħatu materjal lill-istudenti tagħhom onlajn, biex dawn jibqgħu jistudjaw.

L-għan tal-working grupp infatti huwa li jibni fuq din l-inizjattiva u jassigura li dawn ikomplu bil-kurrikulu kollu waqt li jkunu d-dar, f’dan iż-żmien eċċezzjonali. Dan se jkun qed isir billi l-iskejjel se jagħmlu użu mis-sistema tal-IT preżenti tagħhom, biex joffru online learning. Fuq il-website www.curriculum.gov diġà qed jiġu mtella affarjiet li l-istudenti jistgħu isegwu.

Id-deċiżjonijiet li se jittieħdu se jiġu komunikati lill-istudenti u l-ġenituri fiż-żmien li ġej.