Politika Lokali
“Post Simon Busuttil mhux fil-Parlament” – il-PL

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li mill-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant l-aktar ħaġa xokkanti hi kif xi ħadd b’mod deliberat u ppjanat iffalsifika dokumenti bil-għan li jagħmel frame-up fuq xi ħadd innoċenti li huma l-Prim Ministru u l-familja tiegħu.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Bonnici u d-Deputat Laburista Dr Stefan Zrinzo Azzopardi qalu li l-konklużjonijiet tal-inkjesta juru li din ma kinitx sempliċiment gidba u sejħu lid-Deputat Nazzjonalista, Simon Busuttil biex jekk għandu farka ta’ diċenza politika jitlaq minn kull kariga u jirriżenja. Il-kelliema tal-Partit Laburista qalu li l-gidba spiċċat tkisser lil min qalha u l-unika triq għal Dr Busuttil hija waħda, barra.
Il-Ministru Bonnici qal li f’din il-kwistjoni rajna standards li qatt ma rajna bħalhom qabel u l-Prim Ministru ta’ eżempju ċar ta’ kif f’pajjiżna hawn is-saltna tad-dritt u li din għadha b’saħħitha ħafna.
Dr Zrinzo Azzopardi qal li wara 15-il xahar ta’ stennija, ilbieraħ Malta qamet għall-verità u ħareġ ċar li l-kampanja li l-Partit Nazzjonalista bena l-aħħar kampanja elettorali fuqha kienet konfoffa sħiħa biex xi ħadd jaħtaf il-poter.
Aħbarijiet Oħra
NGOs

Il-membri tal-forzi tal-ordni u l-emerġenza għandhom xogħol iebes u perikoluż, iżda fi tmiem il-jum, bħal kulħadd, ikunu jixtiequ jmorru lura d-dar qawwijin u sħaħ biex igawdu l-ħajja mal-familji tagħhom. Dan…

Temp

Qed ikun imbassar li se tagħmel maltempata bir-ragħad fuq il-gżejjer Maltin iktar tard illum, bl-iktar ħin probabbli li se tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex huwa bejn is-2pm u nofsillejl….

Ġurnali

In-Nazzjon Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Webber fi Brussel fejn Dr Delia attenda għas-summit tal-PPE. Fl-ewwel paġna wkoll insibu…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin, fi Brussell, se jkun qiegħed jiddiskuti flimkien mal-mexxejja tal-Istati Membri l-futur tal-Ewropa fid-dawl ta’ Brexit u l-fenomenu tal-immigrazzjoni u l-isfidi li jġib miegħu….

Aktar