POYC tirbaħ il-premju tal-aqwa intraprenditur fil-qasam tal-kura tas-saħħa

L-iskema spiżerija tal-għażla tiegħek, il-POYC rebħet il-premju għall-aqwa intraprenditur fil-qasam tal-kura tas-saħħa, waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Entrepreuner Awards. Dawn l-awards jirrikonoxxu l-kisbiet tal-aqwa intraprendituri lokali għall-kontribut pożittiv tagħhom lejn it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna.

L-iskema POYC għandha rwol strumentali fil-kisba ta’ livelli baxxi ħafna ta’ mediċini ‘out of stock’ u tiżgura l-aċċessibbiltà għall-140,000 klijent li huma intitolati għal mediċini b’xejn.

Fl-aħħar tliet snin il-POYC rebħet diversi unuri kemm lokali u anki internazzjonali fosthom mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani, mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza u mill-Università ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Ambjent

Fl-għeluq tal-ħames konferenza annwali mis-Soċjetà MALTNUM, Malta Model United Nations Society, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li l-akbar sfida li qed taffaċċja d-dinja bħalissa hija t-tibdil fil-klima. Qal li d-dinja…

Kronaka

Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga, ilbieraħ waranofsinhar, irriżultat fl-arrest ta’ ġuvni ta’ 17-il sena mill-Birgu u żewġ tfajliet, ta’ 21 u 26 sena minn Ħal Kirkop u l-Fgura rispettivament,…

Aktar