“Ipruvajt nitlaq mid-dar tliet darbiet”

‘Popolin’ tkellem ma’ omm żagħżugħa li għaddiet minn vjolenza domestika. “Ma stajtx nibqa’ d-dar iktar. Ipruvajt nitlaq mid-dar tliet darbiet” “Kont nibża’ li kien imur għal familja tiegħi u jpattijilna” dan hu ftit mill-kliem li qasmet magħna din l-omm żagħżugħa li wara l-assistenza li ngħatat mill-Appoġġ daħlet tgħix ġo xelter. “Ix-xelter kont komda ħafna, ħassejtu qisu t-tieni dar” fil-fatt meta wasal iż-żmien biex tmur tgħix għand il-familjari tagħha ħassitha ftit diffiċli.

Illum il-ġurnata, grazzi għall-għajnuna li rċeviet, din l-omm għamlet numru ta’ korsijiet li wassluha biex issib xogħol u għalhekk tista’ tkun indipendenti. Illum qed tieħu d-deċiżjonijiet għaliha nnifisha, spjegat li meta kienet tgħix mal-partner tagħha ma kienx iħalliha tieħu l-ebda deċiżjoni. “Illum naħdem u qeda mixja tajba ħafna”. Hija kkonkludiet l-intervista billi ħeġġet lil kull min qiegħed jgħaddi minn din is-sitwazzjoni biex jagħmel kuraġġ u jmur jitlob l-għajnuna.