Barranin
Pranzu ħdejn San Pietru jiġihom biz-zalza

Żewġ hamburgers, żewġ cappuccino doppji u kafè doppju fid-dell tal-Koppla ta’ San Pietru ġew jiswew €81.40 lil 4 turisti li xtaqu jgawdu l-veduta tal-Vatikan f’Ruma.

Fuq is-siti soċjali, dan il-każ qanqal polemika sħiħa.  Bosta argumentaw lil dan huwa riklam ħażin għat-turisti li jżuru l-kapitali Taljana.  Kien hemm min saħansitra qal li l-ħanut għandu jiġi mmultat bil-kbir jew saħansitra jingħalaq talli seraq lil dawn l-erba’ turisti.

It-turisti ppubblikaw il-kont fuq Facebook u wrew kif kważi nsterqu ħajjin minn restorant li jinsab fil-qalba turistika ta’ Ruma bil-veduta tal-Vatikan.  Mal-ispiża ta’ €81.40 hemm inklużi l-ispejjeż tas-servizz.

Iżda sid ir-restorant qal li t-turisti kienu jafu kemm se jħallsu għax fuq il-menu hemm miktub il-prezz ta’ kollox u allura kienu jafu kemm se jiġi jiswiehom il-pranzu.