Edukazzjoni
Premjijiet tad-Deheb, Fidda u Bronż għall-istudenti tat-8 sena

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar organizzat żewġ ċerimonji tal-għoti tal-premjijiet lill-Promoturi tal-Qari/Reading Champions.

Dawn saru nhar il-Ħamis, 7 ta’ Novembru 2019 waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Fiċ-ċerimonji, tlieta u disgħin student/a tat-tmien sena / Form 2 minn wieħed u tletin skola differenti ngħataw premjijiet tad-Deheb, Fidda u Bronż.

L-għan tal-programm ‘Il-Promoturi tal-Qari’ huwa li jagħti rikonoxximent mhux biss lil dawk l-istudenti li huma qarrejja mill-aqwa, imma wkoll lil dawk l-istudenti li jippromwovu l-qari fost sħabhom u lil dawk li jagħmlu sforz biex itejbu l-livell tal-qari tagħhom.

Il-premjijiet ingħataw mill-Professur Charles Mifsud u s-Sur David Muscat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu flimkien mal-Ambaxxaturi tal-Qari Keith Demicoli u Kim Dalli. Fis-serata ttellgħet skeċċ dwar il-ġid tal-qari minn grupp ta’ studenti taħt id-direzzjoni ta’ Ruth Frendo.

L-għażla tar-rebbieħa tal-premjijiet saret mill-għalliema, l-għalliema-librara u l-amministrazzjoni tal-iskejjel tal-istudenti stess u permezz ta’ proċess ta’ assessjar formattiv. Ir-rebbieħa ngħataw għotja ta’ kotba u ċertifikat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar