Ambjent
Premju għal min jaqbad din il-ħuta valenuża madwar il-gżejjer Maltin

Min jaqbad il-ħuta tal-ispeċi Lionfish mill-ibħra Maltin se jiġi premjat b’kamera ta’ taħt l-ilma jew bi flus kontanti. L-inizjattiva qed issir mill-Professur Alan Deidun, li qed ifittex din il-ħuta għal skop ta’ riċerka.

TVM tkellem mal-Professur Deidun, li qal li llum kien hemm rapport li din il-ħuta nqabdet fl-ibħra Maltin.

Huwa spjega li din l-ispeċi hija aljena għal Malta u l-Mediterran, u tifforma parti minn 10% ta’ speċi aljeni li saru invażivi. Dan hekk kif infirxet b’mod mgħaġġel ħafna, u f’ċertu pajjiżi diġà saret problema.  Dan peress li din il-ħuta tiekol il-ħut indiġenu u tbid ħafna bajd.

Il-lionfish hija tajba ħafna biex tittiekel, u valenuża biss jekk tniggżek meta tmissha. Fil-fatt din il-ħuta mhux tossika bħal ma hi l-puffer fish, fejn tista’ taqbadha bla periklu iżda mbagħad ma tistax tikolha.

It-tfittxija għal Lionfish f’Malta, li bħalha hemm żewġ tipi, hija parti mill-kampanja Spot the Alien Fish.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar