Kultura
Presepisti Maltin jesebixxu l-presepji f’mużew f’Washington

Il-presepisti Maltin ingħataw opportunità unika biex jesebixxu l-presepji tagħhom f’wieħed mill-aktar mużewijiet prestiġġjuzi f’Washington fl-Istati Uniti. Il-presepji ntgħażlu wara kompetizzjoni li tnediet xahrejn ilu mill-Ministeru tal-Kultura bl-għajnuna tal-Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti.

Il-presepji ser iqattgħu kważi ħames xhur esebiti iżda dak rebbieħ ser jibqa’ esebit fil-Mużew iddedikat lill-Bibbja b’mod permanenti.

Wieħed għandu bżonn seba’ ghajnejn biex japprezza d-dettalji li fihom 10 presepji li saru minn artisti Maltin fi ftit ġimgħat oħra ser ikun esebiti fil-Muzew dedikat lill-Bibbja li jinsab fil-kapitali Amerikana Washington. Il-presepji ntgħażlu wara kompetizzjoni li tnediet xahrejn ilu mill-Ministeru tal-Kultura. Wieħed mill-presepji ser jibqa’ esebit fil-mużew b’mod permanenti.

“Xahrejn kien hemm, ma kienx hemm perjodu twil ħafna , ħafna minnhom mhux biss ħadmu l-istruttura, il-pajsaġġ kollu imma ħadmu ukoll il-pasturi. li huwa impressjonanti huwa d-dettall li huwa inkredibbli li din turi l-ħila tal-presepisti Maltin,” qal id-Direttur tal-Kultura Mario Azzopardi.

Il-Minsitru tal-Kultura Josè Herrera qal li din l-attività ser tagħti promozzjoni partikolari lill-pajjiz ghax il-kultura u l-patrimonju Malti huma differenti minn ta’ pajjizi ohra. Qal li din hija opportunita’ unika kemm ghall-presepisti kif ukoll ghall-pajjiz.

“Din l-attività kulturali biex nagħmlu pressjoni u out reach lill-pajjiż oħra, nipprovaw nagħmlu l-pajjiżna aktar relevanti u li pajjiżna jissemma’, allura l-ewwel 10 ser ikollhom opportunità li mhux ser ikollhom oħra bħalha għax ser imorru Washington anke f’dawn iż-żminijiet diffiċli fejn ħadd ma jista’ jmur fejn ser ikollhom il-presepji tagħhom esebiti f’dan il-mużew kbir u prestiġġjuż dedikat lill-Bibbja,” qal il-Ministru tal-Kultura Josè Herrera.

Il-Ministru Herrera qal li din hija opportunità biex aktar turisti Amerikani jitħajru jiġu Malta għax permezz tal-presepji ser jifhmu aħjar dak li joffri l-pajjiż.

Il-presepji ta’ qies akbar minn metru u nofs kwadru ser ikunu esebiti fil-Muzew tal-Bibbja mis-26 ta’ Novembru sa Marzu tas-sena d-dieħla. Din l-inizjattiva saret bis-sostenn tal-ambaxxatur Malti għall-Istati Unit Keith Azzopardi u diriġenti tal-Mużew dedikat lill-Bibbja f’Washington.

Aħbarijiet Oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6…

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Aktar