Lokali
Presepju Malti f’bażilika f’Ruma

L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan.

Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru u fil-Bażilika Sant’Andrea della Valle . . . u presepisti tal-istess għaqda jarmaw “Malta fil-Presepju” fil-Bażilika San Paolo Fuori le Mura.

L-atmosfera tal-Milied fi Pjazza San Pietru fil-belt tal-Vatikan kienet imżewqa bin-noti ta’ strumenti ta’ bandisti Maltin.

Għad-dell ta’ siġra enormi tal-Milied u b’mijiet ta’ turisti jsegwu b’interess, mal-34 bandist tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija immarċjaw bil-pass tipiku minn taħt il-kolonatt lejn is-sagrato tal-Bażilika ta’ San Pietru.

Madwar sitt kilometri ‘l bogħod minn Pjazza San Pietru, ħidmet l-għaqda attirat l-interess tal-media Taljana u tal-viżitaturi tal-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura. Hawnhekk is-Santa Sede tat il-privileġġ lill-għaqda li tesebixxi “Malta fil-Presepju” – presepju partikolari b’xeni u karattri tipiċi Maltin li qed jintrama għat-tielet darba – l-ewwel darba barra l-pajjiż.

Il-President tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija, Charles Attard qal ”dan għalina kien unur, mument ta’ storja, qed niktbu l-istorja ta’ din l-għaqda, għaqda li tieħu sehem fil-festa ta’ Sant’Andrija imma li matul is-sena tagħmel ukoll u tieħu sehem f’attivitajiet tal-Milied li issa ħadna dan l-isem li f’Ħal Luqa mhux biss ikun hemm presepju tagħna imma presepji oħrajn. Nieħdu gost li mhux biss Maltin imma anki turisti li jiġu jżuru l-presepji tagħna li minn sena għal sena dejjem jogħla l-livell tiegħu.”

L-uniku xena tradizzjonali fil-presepju hija n-natività għaliex hi replika ta’ pittura xogħol Giuseppe Calì li tinsab fuq l-artal tat-twelid fil-parroċċa ta’ Ħal Luqa stess. Il-presepju se jibqa’ armat f’din il-Bażilika sal-Epifanija.

U r-rabta tal-Għaqda Muzikali ma’ Sant’Andrija wasslitha biex ittella’ kunċert fil-Bażilika ta’ San Andrea della Valle f’Ruma. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Pulis, mal-banda ngħaqad it-tenur Malti Ludwig Galea.

Preżenti għall-attivitajiet il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela li ddeskriva din il-ħidma bħala eżerċizzju eċċellenti ta’ diplomazija kulturali… ħidma li fi kliem l-Ambaxxatur għas-Santa Sede, Frank Zammit, se tissokta.

”Għal quddiem għandi f’moħħi proġetti li jkunu matul is-sena. Per eżempju forsi naqbdu forsi ssir xi ħaġa fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, li jkomplu jgħaqqdu ż-żewġ Stati. Malta rrappreżentat minn San Pawl u l-Istat tal-Vatikan minn Pietru.”

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem inawgura numru ta’ sitt xelters għall-qtates li ser jiġu mifruxa ma’ siti differenti f’dan il-lokal, fosthom f’Ta’ Passi, fil-playingfield tal-Gudja, Triq Baħħara, Triq Xprunara, Fuq il-Għajn u fl-inħawi tat-Torri….

Kronaka

Żewġ żgħażagħ mis-Sudan qed jinżammu taħt arrest wara li lbieraħ filgħaxija serqu żewġ persuni f’żewġ każijiet separati fil-Marsa. Waqt ronda li kienu qegħdin jagħmlu l-Pulizija tal-Għassa tal-Marsa fit-toroq tal-lokalità, għall-ħabta…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Aktar