Knisja Maltija
Presepju Malti ser ikun esebit b’mod permanenti fl-Istati Uniti

Għall-ewwel darba presepju Malti ser ikun esebit b’mod permanenti fil-Mużew dedikat lill-Bibbja f’Washington fl-Istati Uniti. Dan il-presepju ser jintagħżel minn 10 li fl-aħħar jiem intramaw mill-presipisti Maltin fil-Mużew f’Washington wara lid-Direttorat għall-Kultura nieda kompetizzjoni biex l-artisti jissottomettu l-presepji tagħhom. Min-numru ta’ sottomissjonijiet ntgħażlu dawk l-aktar li kellhom qrubija lejn l-ispecipecifikazzjonijiet mitluba mid-Diriġenti tal-Mużew tal-Bibbja.

“Il-kompetizzjoni bdiet billi fis-16 ta’ Lulju ħarġet fejn kull presepist seta’ japplika . kien hemm ċertu parametri li ma riedx ikun iżgħar minn 1.5 metres. Kien hemm kwantità fil-bidu li bdew deħlin imma minħabba qisien u ċertu speċifikazzjonijiet bdejna neliminaw u waqqajna għal dawn l-10 presepji li llum ser ikunu esebiti fil-Museum of the Bible.”

Din hija opportunità unika għall-presipisti Maltin għax kienu d-Diriġenti tal-Mużew tal-Bibbja f’Washington li insistew li l-presepji Maltin ikunu esebiti f’dan il-Mużew prestiġjuż.

“Il-presipisti u l-artisti telqu t-tlieta u ser jerġgħu lura nhar it-tlieta , bħalissa qegħdin fil-fażi finali jarmaw il-presepji . Min-naħa tal-Museum of the Bible kienu nies ta’ għajnuna kbira , min-naħa ta’ loġistika u inġinerija kemm elettrika u mekkanika u jinsabu kuntenti.”

L-10 presepiji ser jibqgħu esebiti fil-Mużew dedikat lill-Bibbja sal-aħħar ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. Din l-opportunità unika għall-presipisti waslet wara sentejn ħidma mill-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Ambaxxatur Keith Azzopardi , id-Direttur Mario Azzopardi u Simon Abela li bħalissa qed imexxi l-kongintent Malti ta’ presipisti f’Washington. Dan ix-xogħol huwa ukoll rikonoxximent tal-kreattività artististika fil-qasam tal-presepji li Malta kapaċi toffri fuq livell Internazzjonali.