Kultura
Presepju tradizzjonali Malti se jkun esebit fi Vjenna
Il-Presipju Artistiku Malti din is-sena se jkun armat f’wieħed mill-aktar villaġġ tal-Milied popolari fl-Ewropa, fi Vjenna. Il-presepju se jiġi modifikat, kemm minħabba iċ-ċokon tal-post fejn se jintrema kif ukoll minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp. L-inawgurazzjoni tal-presepju fi Vjenna ser issir mill-President George Vella.

Jista’ jitqies bħala l-ambaxxatur Malti għal żmien il-Milied. Il-Presepju Tradizzjonali Malti li fl-aħħar snin intrama fi Pjazza San Pietru il-Vatikan, fil-Pjazza tan-Nattivita f’Betlem u fi Pjazza Tritoni fil-Belt, din is-sena se jirrapreżenta t-talent artistu Malti f’waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin għal żmien il-Milied – Vjenna.

Il-Ministru għall-kultura Owen Bonniċi ħabbar li l-presepju Malti se jintrama fil-villagg tal-Milied fil-kampus tal-Universita ta’ Vjenna. Qal li se ikollu ħafna mill-istatwi orġinali li saru mill-artist Għawdxi Manwel Grech, ghalkemm ix-xenarju ser jinbidel minħabba iċ-ċokon tal-post. Il-Presepju se jieħu forma tal-grotta tradizzjonali, simili għal kif jintrama f’ħafna mid-djar Maltin.

Il-Ministru Bonniċi qal li l-post fejn se jintrema l-presepju iżuruha madwar 600 elf ċittadin minn Vjenna minbarra t-turisti li jżuru din il-belt. “Dan hu eżerċizzju li hu kollu pożittiv. Qed tibgħat messaġġ sabiħ dwar pajjiżna, tkabbar ir-relazzjonijiet bejn pajjiż u ieħor, turi il-ħiliet tal-artisti Maltin.”

Il-Ministru ħabbar Malti fi Vjenna ser ikun inawgurat mill-President George Vella fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla u għall-okkażjoni KorMalta ser jippreżenta għanjiet tradizzjonali tal-Milied. Il-kor se jieħu sehem f’attivitajiet oħra fil-kapitali Awstrijaka, fosthom f’waħda mill-akbar Knejjes fi Vjenna, Votivkirche, li hija immexxija minn qassis Malti.

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar