Barranin
President ġdid għall-Kolumbja

Ivan Duque nħatar bħala l-President l-ġdid tal-Kolumbja fejn wiegħed li se jkun qed jaħdem biex jgħaqqad lill-pajjiż u jkabbar l-ekonomija. Ivan Duque ġie elett f’Ġunju li għadda wara elezzjoni diviżiva li għaliha kkontesta għan-naħa tax-xellug, Gustavo Petro.

Mal-ħatra tiegħu Duque wiegħed ukoll li se jkun qed jindirizza l-korruzzjoni tal-pajjiż, u jbiddel il-ftehim ta’ paċi li kien sar mal-grupp tar-ribelli Farc.

L-ex President Juan Manuel Santos talab lill-President il-ġdid biex jirrispetta l-ftehim mal-grupp tar-ribelli Farc, li kien nnegozjat sentejn ilu bil-għan li jġib lura l-istabbiltà fil-pajjiż.

Il-Farc huma partit politiku, b’membri minn dan il-grupp ribelli kiseb siġġijiet fil-Parlament ix-xahar li għadda.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Xjentisti żvelaw dik li skonthom hi d-dieta ideali li se ssalva l-ħajjiet u titma’ mal-10 biljun ruħ mingħajr ma ssir ħsara katastrofika fuq il-pjaneta. Din id-dieta qed tissejjaħ bħala Planetary…

Annimali

Mara nqatlet minn kukkudrill wara li waqgħet ħdejh fl-Indoneżja. Qed ikun irrapportat li l-kukkudrill, li jiżen mas-700kg, ċarrat lil Deady Tuwo ta’ 44 sena. Hija kienet qed titma’ lill-kukkudrill f’razzett…

Barranin

Il-Gvern Ingliż immexxi minn Theresa May fl-aħħar ħin rebaħ bi żbrixx vot ta’ fiduċja li ttieħed mid-deputati fil-House of Commons, fuq il-mozzjoni ta’ sfiduċja li tressqet mill-Mexxej tal-Oppożizzjoni, Jeremy Corbyn….

Barranin

Uffiċjali Spanjoli kkonfermaw li tifel ċkejken ta’ sentejn jinsab maqbud f’bir fond u dejjaq, wara tfittxija li saret mis-servizzi tal-emerġenza, li sabu pakkett ħelu u tazza minn tiegħu fil-bir. Il-media…

Aktar