Barranin
Pressjoni fuq l-Amerka biex tagħti iktar ċans għall-evakwazzjonijiet mill-Afganistan

Pressjoni internazzjonali fil-konfront tal-Istati Uniti sabiex tagħti aktar ċans għall-evakwazzjonijiet mill-Afganistan.

Permezz ta’ qbil bejn it-Taliban u l-Istati Uniti, it-truppi Amerikani jridu jħallu l-pajjiż bħal bħal-lum ġimgħa.

Madanakollu, Franza, ir-Renju Unit u l-Ġermanja qed jinsistu għal aktar żmien. Skont uffiċjal tal-Whitehouse li tkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, id-deċiżjoni tal-President Amerikan Joe Biden dwar din l-estensjoni hi imminenti.

Madanakollu, ilbieraħ it-Taliban wissa li mhux se jaċċetta li tkun esiża l-missjoni ta’ evakwazzjoni tan-nies mill-Afganistan.