Barranin
Pressjoni kbira fuq May – diversi sejħiet biex tirreżenja

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiffaċċja sejħiet biex tirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Konservattiv hekk kif ħafna Membri Parlamentari Konservattivi mhux jilqgħu l-pjan li ressqet biex ikun hemm it-tieni referendum dwar Brexit.

Rapporti qed jgħidu li diversi ministri huma tal-fehma li ma tistax tibqa’ fit-tmexxija.

Membri konservattivi jridu lil May tirtira minflok ma tobbliga lill-membri parlamentari għar-raba’ vot dwar il-ftehim kif negozjat minnha.

Kien hemm mill-inqas erba’ ministri ewlenin li talbu laqgħat urġenti mal-Prim Ministru May.