Temp
Previst il-maltemp u riħ qawwi fil-jiem li ġejjin – tgħid se jħassar il-festi?

Bejn għada u t-Tnejn it-temp wisq probabbli se jħarbatlek il-pjani li kont qed tagħmel għax-xiri tal-Milied jew għall-festa tal-Kunċizzjoni jew ċelebrazzjonijiet oħrajn.

Dan għax skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għada hija mbassra li tagħmel maltempata bir-ragħad, filwaqt li mis-Sibt ‘l hemm se jkun riħ qawwi mill-Majjistral li se jitla’ saħansitra sa Forza 7 u jista’ jkun eqlel ukoll.

L-espert u dilettant tat-temp Samuel Cutajar spjega dalgħodu f’TVAM kif it-temp fi tmiem il-ġimgħa mhux se jibqa’ sabiħ kif kien fl-aħħar jiem kif qed jindikaw il-previżjonijiet mis-satellita għall-jiem li ġejjin.

Tista’ terġa’ ssegwi TVAM tal-lum fuq TVMi – TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM u TVMi mis-7am sad-9am.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Ilbieraħ, f’Sibt il-Għid, il-Bormliżi inawguraw l-Irxoxt wara li sarlu r-restawr. Ma’ TVM ir-restawratriċi Valentina Lupo kienet spjegat li l-istatwa kellha erba’ problemi, fosthom diversi qsim fl-injam. Fir-restawr saru wkoll interventi fuq…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Aktar