Barranin
Prezz għola mill-Ingliżi lill-UE għal Brexit

Il-kabinett Ingliż qed jesplora l-possibilità li r-Renju Unit joffri somma ta’ madwar €45 biljun, li jiġi kważi d-doppju li kien ippjanat jagħti lill-Unjoni Ewropea (UE) għal Brexit.

S’issa xejn mhu kkonfermat sakemm l-UE taċċetta li tibda negozjati mar-Renju Unit dwar ftehim kummerċjali ġdid.

Ir-Renju Unit u l-UE għadħom iridu jaqblu dwar il-kundizzjonijiet biex isir id-divorzju bejniethom meta r-Renju Unit jitlaq kompletament mill-UE f’Marzu tal-2019.

Xi membri parlamentari tal-Partit Konservattiv esprimew rabja lejn din il-proposta ta’ xi membri mill-Kabinett ta’ Theresa May li qed jittammaw li b’somma ikbar jibdew minnufih it-taħditiet għall-ftehim kummerċjali bejn iż-żewġ naħat.

Il-maġġoranza tal-Ingliżi vvutaw f’referendum biex jitilqu mill-UE  f’Ġunju tal-2016. Il-pajjiż avża formalment lill-UE bi Brexit f’Marzu ta’  din is-sena. Dakinhar beda jgħodd it-terminu ta’ sentejn biex isir dan id-divorzju tar-Renju Unit mill-UE.

Aħbarijiet Oħra
Renju Unit

L-għada li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea rrifjutaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May għal Brexit, hija ammettiet li n-negozjati mal-Unjoni Ewropea jinsabu fi sqaq. Żied tgħid li għalkemm trid ftehim, ikun…

Barranin

Fi New York mara li taħdem f’daycare centre tat daqqiet bi strument bil-ponta lill-ħames persuni. Il-vittmi huma 3 itfal, 2 ibniet u tifel li kienu ma’ missierhom u mara oħra…

Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Barranin

Mill-inqas 86 persuna għerqu wara li vapur b’mijiet ta’ passiġġieri għereq f’Lake Victoria t-Tanzanija. Huwa mifhum li mill-inqas in-numru ta’ vittmi jista’ jitla’ għal iktar minn mitejn. Il-vapur, Mv Nyerere…

Aktar