Lokali
Prezzijiet ġodda għall-parkeġġ fl-isptar Mater Dei

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar tariffi ġobba għall-parkeġġ pubbliku tal-isptar Mater Dei.

Waqt li kien qed iwieġeb għad-domanda tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia, il-Ministru Fearne ppubblika l-lista tal-prezzijiet għall-parkeġġ:

Sa tletin minuta                               – Xejn

Minn tletin minuta sa siegћa           – €0.80c

Minn siegћa sa sagћtejn                  – €1.65c

Minn sagћtejn sa tlett siegћat          – €2.45c

Minn tlett siegћat sa erba siegћat    – €3.25c

Minn erba siegћat il’quddiem         – €4.10c (massimu ġurnata)

Mill-22.00 sas-06.00                        -€0.80c gћall-perjodu kollu

Il-Ministru Fearne spjega li r-rati ta’ hawn fuq huma dawk skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f’Jannar 2008.

Żied jgħid li l-Ministeru għas-Saħħa qiegħed fil-proċess li jinnegozja kuntratt ġdid għat-tmexxija tal-parking areas pubbliċi tal-isptar Mater Dei, fil-fatt dan il-kuntratt issa huwa aġġudikat. Spjega li l-kuntratt il-ġdid se jkun qed jiżgura li l-kuntrattur se jkun responsabbli mill-management kollu tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni tal-apparat relatat, kif ukoll jiżgura li l-Gvern ma joħroġx flus anzi jdaħħal flus permezz ta’ dan l-arranġament. Temm jgħid li fl-istess waqt il-kuntratt il-ġdid se jiggarantixxi rati orћos ta’ parkeġġ għall-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Emma Muscat se tkanta fl-Isle of MTV. Dan tħabbar fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Isle of MTV Malta. Emma kisbet suċċess kbir u serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha…

Lokali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u…

Lokali

L-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħa f’diversi siti tal-kostruzzjoni f’Tas Sliema, f’San Ġiljan u fil-Gżira kkonfermaw li f’60% tagħhom kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tal-bini. Dawn ingħataw ġimagħtejn biex jirregolarizzaw…

Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Aktar