Barranin
Prezzijiet rekord tal-enerġija jħassbu lill-mexxejja Ewropej

Il-prezzijiet tal-enerġija qed iħassbu lill-mexxejja Ewropej speċjalment minħabba kriżi tal-fjuwil matul ix-xitwa. Fl-Ewropa, il-prezz tal-gass naturali żdied kważi 600% din is-sena, fost tħassib li l-ħażna ta’ bħalissa mhux se tkun biżejjed għax-xitwa.

Dan wassal lill-Kummissjoni Ewropea biex tippubblika għadd ta’ miżuri li jindirizzaw il-prezzijiet tal-enerġija – li kawża tagħhom naqset il-produzzjoni industrijali u l-konsumaturi qed jaffaċċjaw prezzijiet ogħla biex isaħħnu darhom.