Kronaka
AĠĠORNAT: Priġunier f’Kordin jitlef ħajtu wara li ħassu ma jiflaħx

Priġunier ta’ 49 sena minn Birkirkara miet l-isptar il-lejl li għadda wara li iktar qabel ħassu ħażin fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.

Jidher li l-priġunier ħassu ma jiflaħx għall-ħabta tas-2.00 ta’ dalgħodu u immedjatament ingħata l-assistenza minn Uffiċjali Korrettivi li tawh l-ewwel għajnuna u anke ppruvaw ituh in-nifs sakemm ġiet ambulanza u ttieħed l-isptar. Huwa ġie dikjarat mejjet siegħa wara.

Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-maġistrat.

Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-kelliem tiegħu Beppe Fenech Adami, qal li din kien is-seba’ każ ta’ mewt fil-ħabs fl-aħħar sena u nofs.

Żied jgħid li l-Minstru għall-Intern għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għal dan li sejjaħ kollas li fih persuni, flok qegħdin jirriformaw ruħhom fil-ħabs, qed jinqabdu ġo ħabs li fih jitilfu ħajjithom.